22.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria provinciale di Siracusa – l-Italja) – Enzo Di Maura vs Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale di Siracusa

(Kawża C-246/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Valur taxxabbli - Sitt Direttiva 77/388/KEE - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(C)(1) - Limitazzjoni tad-dritt għat-tnaqqis tal-valur taxxabbli fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas mill-parti kontraenti - Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membru fit-traspożizzjoni - Natura proporzjonata tal-perijodu ta’ prefinanzjament mill-imprenditur))

(2018/C 022/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria provinciale di Siracusa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Enzo Di Maura

Konvenuta: Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale di Siracusa

Dispożittiv

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(C)(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru ma jistax jissuġġetta t-tnaqqis tal-valur taxxabbli tal-VAT għan-nuqqas ta’ suċċess ta’ proċedura ta’ insolvenza meta tali proċedura tista’ ddum iktar minn għaxar snin


(1)  ĠU C 260, 18.7.2016.