22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/43


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2015 – Deutsche Lufthansa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-764/15)

(2016/C 068/55)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Lufthansa AG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Martin-Ehlers, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-1 ta’ Ottubru 2014, fil-Każ SA.32833 (2011/C) (ex 2011/NN) – Ajruport ta’ Hahn;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka, essenzjalment, is-segwenti:

Difett proċedurali minħabba assenza ta’ iktar diskussjoni mar-rikorrenti fl-2014;

Preżentazzjoni inkompleta tal-każ, minkejja li fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata l-konvenuta kienet taf bil-fatti;

Evalwazzjoni legali żbaljata tal-miżuri favur l-ajruport inkwistjoni, sa fejn ċerti miżuri ma kellhomx jiġu kklassifikati bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, filwaqt li ċerti miżuri oħrajn kellhom jiġu kklassifikati bħala għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern;

Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-fatt li l-għajnuna kollha kkunsidrata fid-deċiżjoni kkontestata favur l-ajruport inkwistjoni ngħatat finalment lil Ryanair bħala l-ikbar utent ta’ tali ajruport.