22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/41


Rikors ippreżentat fi 22 ta’ Diċembru 2015 – Facebook vs UASI – Brand IP Licensing (lovebook)

(Kawża T-757/15)

(2016/C 068/52)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Facebook, Inc. (Menlo Park, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: Granado Carpenter u Polo Carreño, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Brand IP Licensing Ltd (Road Town, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “lovebook” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 926 577

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Settembru 2015 fil-Każ R 2028/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha, sa fejn din tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tikkonferma l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-Trade mark Komunitarja Nru 9 926 577 LOVEBOOK fuq il-bażi ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni, billi bbażat ruħha fuq il-konklużjonijiet li x-xebh bejn is-sinjali huwa minuri meta mqabbel mad-differenzi, li l-impressjoni ġenerali tas-sinjali fil-perċezzjoni tal-pubbliku rilevanti hija li dik li dawn ma jixxibhux, u li dan huwa l-każ, anki jekk t-trade marks preċedenti jgawdu minn distintività ikbar;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.