25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/70


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2015 – JT International vs UASI – Habanos (PUSH)

(Kawża T-633/15)

(2016/C 027/88)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: JT International SA (Genève, l-Isvizzera) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, K. Gilbert u M. Gilbert, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Corporación Habanos, SA (Ħavana, Kuba)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “PUSH” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 639 903

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Awwissu 2015 fil-Każ R 3046/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż.

Motiv invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.