16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/52


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2015 – Guiral Broto vs UASI – Gastro & Soul (Cafe Del Sol)

(Kawża T-549/15)

(2015/C 381/63)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ramón Guiral Broto (Marbella, Spanja) (rappreżentant: J. de Castro Hermida, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gastro & Soul GmbH (Hildesheim, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “CAFE DEL SOL” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6 104 608

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Lulju 2015, fil-Każ R 1888/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiddikkjara ammissibbli l-oppożizzjoni bbażata fuq it-trade mark prijoritarja proprjetà tal-persuna li ressqet oppozizzjoni, Ramón Guiral Broto, jiġifieri t-trade mark Spanjola Nru 2348110, fil-klassi 42 tal-klassifikazzjoni ta’ Nice;

wara li tiddikkjara l-oppożizzjoni ammissibbli, tikkonferma d-deċiżjoni mogħtija mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, li ċaħdet l-Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 006104608 CAFE DEL SOL għas-“servizzi ta’ restorant (ikel); servizzi ta’ akkomodazzjoni u ta’ restorant” fil-klassi 43 tal-klassifikazzjoni ta’ Nice, iddepożitata mill-kumpannija kummerċjali Ġermaniża Gastro & Soul GmbH jew, jekk il-Qorti Ġenerali ma għandhiex il-kompetenza sabiex tagħmel dan, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI u tordna l-ammissibbiltà tal-oppożizzjoni;

f’dak li jikkonċerna l-provi, tilqa’, minbarra l-provi ppreżentati matul il-proċedimenti amministrattivi, dawk annessi mar-rikors ippreżentat f’dan il-każ, enumerati minn 1 sa 4, hekk kif huwa speċifikat fil-lista ta’ dokumenti annessi inkluża.

Motiv invokat

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-Kawża T-548/15.