19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/31


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2015 – Renfe-Operadora vs UASI (AVE)

(Kawża T-367/15)

(2015/C 346/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Renfe-Operadora, Entidad Pública Empresarial (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J.-B. Devaureix, avukat, u M. Hernández Sandoval, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “AVE” – Applikazzjoni għal restitutio in integrum – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5.640.198

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ April 2015 fil-Każ R 712/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, taqbel mal-evalwazzjoni tar-“Restitution in integrum” u konsegwentement, tilqa’ r-rikors ippreżentat mir-rikorrenti dwar id-deċiżjoni tal-4 ta’ Frar 2014 tad-Diviżjoni ta’ Kanċellazzjoni, li wara l-proċedura amministrattiva korrispondenti, għandha tiġi riżolta mill-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI.

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

dikjarazzjoni tal-fatti inkompleta fid-deċiżjoni kkontestata, irregolaritajiet imwettqa fil-proċedura li jikkawżaw ksur u l-osservanza tal-obbligu ta’ diliġenża tar-rikorrenti.

evalwazzjoni żbaljata tal-provi, diverġenzi bejn id-difett proċedurali allegatament imwettaq mir-rikorrenti u l-konsegwenzi li ġejjin minnu stess, hekk li r-rikorrenti ċċaħħdet mid-dritt tagħha li tappella minn att li jippreġudikaha, u rigorożità eċċessiva tad-deċiżjoni adottata.

preġudizzju kkawżat lir-rikorrenti minħabba fl-impossibbiltà li jiġu kkontestati l-motivi dwar il-mertu li fuqhom hija bbażata d-dikjarazzjoni ta’ nullità parzjali tat-trade mark “AVE”.