7.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/77


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2015 – Windrush Aka vs UASI – Dammers (The Specials)

(Kawża T-336/15)

(2015/C 294/92)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Windrush Aka LLP (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister u S. Britton, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jerry Dammers (Londra, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “The Specials” – Trade mark Komunitarja Nru 3 725 082

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 1412/2014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu stess u għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 15(1) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009.