27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/46


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2015 – Abdulkarim vs Il-Kunsill

(Kawża T-304/15)

(2015/C 245/56)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mouhamed Wael Abdulkarim (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: J.-P. Buyle u L. Cloquet, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/375, tas-6 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, sa fejn jikkonċerna lir-rikorrent;

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/383, tas-6 ta’ Marzu 2015, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha tal-kawża, inklużi dawk tar-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-303/15, Barqawi vs Il-Kunsill.