27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/42


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2015 – Permapore vs UASI – José Joaquim Oliveira II – Jardins & Afins (Terraway)

(Kawża T-277/15)

(2015/C 245/51)

Lingwa tar-rikors: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Permapore Ltd (Nenagh Tipperary, l-Irlanda) (rappreżentant: J. Sales, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: José Joaquim Oliveira II – Jardins & Afins Lda (Grijó, il-Portugall)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “Terraway” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 988 301

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 2496/2014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-UASI u tissostitwiha b’deċiżjoni oħra li tiddeċiedi jew tordna li jiġi deċiż fid-dettall dwar il-kwistjonijiet fuq il-mertu/sostantivi u ma tillimitax ruħha għall-kwistjoni mqajma fir-rigward tal-ħlas fil-ħin tal-ispejjeż ġudizzjarji.

Motivi invokati

Ir-rikorrenti ssostni li ħalset il-miżata tal-appell prevista fl-Artikolu 60 tar-Regolament Nru 207/2009 fl-20 ta’ Novembru 2014;

Minn perspettiva sostantiva, ir-rikorrenti tinvoka l-ksur tal-Artikolu 52(1)(a) u (b), tal-Artikolu 7(1)(g) u tal-Artikolu 54(2) in fine tar-Regolament Nru 207/2009.