27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/41


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2015 – Apcoa Parking Holdings vs UASI (PARKWAY)

(Kawża T-272/15)

(2015/C 245/50)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Apcoa Parking Holdings GmbH (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Lohmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “PARKWAY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 248 278

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 2062/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż esposti fil-kuntest tal-proċedimenti tal-appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.