8.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/17


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2015 – Aurora vs UASI – SES-VanderHave (M 02205)

(Kawża T-140/15)

(2015/C 190/21)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aurora Srl (Finale Emilia, l-Italja) (rappreżentant: L. Buchman, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: SES-VanderHave NV/SA (Tienen, il-Belġju)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-CPVO

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti kkonċernati: dritt Komunitarju tal-varjetajiet tal-pjanti Nru UE 15118, denominazzjoni tal-varjetà M 02205

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-CPVO tas-26 ta’ Novembru 2014 fil-Każ A10/2013

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara li s-CPVR Nru 15118 bħala null u bla effett;

tikkundanna lis-CPVO għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-intervenjenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament Nru 2100/94;

Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 87(4) tar-Regolament Nru 2100/94;

Ksur tal-prinċipju taċ-ċertezza legali sa fejn il-kundizzjonijiet tas-CPVR maħruġ kienu emendati b’mod retrospettiv;

Ksur, sa ċertu punt, tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi;

Ksur tal-prinċipju ta’ trasparenza u d-dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti sa fejn il-proċess ta’ eżami ma kienx imwettaq b’mod trasparenti peress li r-rikorrent ma kellux aċċes għal dokumenti essenzjali.