1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/13


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2015 – Ryanair et Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-111/15)

(2015/C 178/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda) u Airport Marketing Services Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: G. Berrisch, E. Vahida, I. Metaxas-Maragkidis, avukati, u B. Byrne, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolubu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikoli 1(2), 2(4), 3, 4 u 5 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-għajuna mill-istat SA.33963 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata minn Franza favur il-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija ta’ Angouleme, SNC-Lavalin, Ryanair u Airport Marketing Services;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, li jallega ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tad-dritt għad-difiża tar-rikorrenti, peress li l-Kummissjoni naqset li tippermetti aċċess għall-fajl tal-investigazzjoni u li tpoġġihom f’pożizzjoni fejn effettivament ikunu jistgħu jesponu l-fehmiet tagħhom.

2.

It-tieni motiv li jallega ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE peress li l-Kummissjoni attrubwiet inġustament il-konklużjoni tal-Ftehim tal-Airport Service u l-Ftehim tal-Market Services lill-Istat Franċiż

3.

It-tielet motiv li jallega ksur tal-Artikolu 107/(1) TFUE peress li l-Kummissjoni naqset li tapplika korrettement it-test ta’ “investitur f’ekonomija tas-suq”.

Ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni erronjament irrifjutat li toqgħod fuq analiżi komparattiva, li kienet twassal għall-konklużjoni ta’ assenza ta’ għajnuna lir-rikorrenti. Sussidjarjament, il-Kummissjoni użat data li kienet manifestament insuffiċjenti, mhux verifikata u inaffidabbli għal kalkolu tagħha tal-profitabilità tal-ajruport, applikat perjodu ta’ żmien eċċessivament qasir, injorat l-esternalitajiet tan-network li l-ajruport seta’ jiggwadanja mir-relazzjoni tiegħu ma’ Ryanair, naqset li tatribwixxi valur xieraq għal servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, u ċaħdet ir-razzjonal wara d-deċiżjoni tal-ajruport li jixtri dawn is-servizzi.

4.

Ir-raba’ motiv, li jallega ksur tal-Artikoli 107(1) u 108(2) TFUE billi l-Kummissjoni wettqed żball manifest u żball legali billi sabet li l-għajnuna lil Ryanair u Airport Marketing Services kien ugwali għat-telf marġinali akkumulat tal-ajruport ta’ Angouleme minflok il-benefiċċju attwali għal Ryanair u Airport Marketing Services. Il-Kummissjoni jmissha eżaminat l-estent sa fejn l-allegat benefiċċju kien fil-fatt mgħoddi lill-passiġieri ta’ Ryanair. Barra minn hekk, il-Kummissjoni naqset milli tikkwantifika il-vantaġġ kompetittiv li kienet tgawdi Ryanair bis-saħħa tal-flussi ta’ pagament baxxi (allegatament) tal-ajruport ta’ Angouleme. Finalment, il-Kummissjoni naqset li tispjega adegwatament għaliex l-irkupru tal-ammont ta’ għajnuna speċifikat fid-deċiżjoni kien meħtieġ sabiex tassigura l-istabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni qabel il-ħlas tal-għajnuna.