20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/38


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2015 – Mozzetti vs UASI – di Lelio (ALFREDO’S GALLERY alla Scrofa Roma)

(Kawża T-97/15)

(2015/C 127/51)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Mario Mozzetti (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: E. Montelione, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ines di Lelio (Ruma, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “ALFREDO’S GALLERY alla Scrofa Roma” – Trade mark Komunitarja Nru 3 1 08  289

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Diċembru 2014 fil-Każ R 656/2014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż kollha tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Motivi invokati

Ksur tar-Regola 50(1) kif ukoll b’riferiment għar-Regola 20(2) tar-Regolament Nru 2868/95;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.