15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/18


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2015 – Cofely Solelec et vs Il-Parlament

(Kawża T-224/15) (1)

((“Rikors għal annullament - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Irtirar tal-att ikkontestat - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2016/C 059/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Cofely Solelec (Esch-sur-Alzette, il-Lussemburgu), Mannelli & Associés SA (Bertrange, il-Lussemburgu) u Cofely Fabricom (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn V. Elvinger u S. Marx, sussegwentement minn S. Marx, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Chrétien u M. Mraz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni Nru 103299 tad-direttorat ġenerali tal-infrastruttura u tal-loġistika tal-Parlament, tas-27 ta’ April 2015, li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti għal-lott Nru 75, intitolat “Elettriku – Kurrenti qawwijin”, fil-kuntest tas-sejħa għal offerti INLO-D-UPIL-T-14-A04, dwar il-proġett ta’ estensjoni u ta’ tiġdid tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu (il-Lussemburgu), u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

2)

Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ Cofely Solelec, ta’ Mannelli & Associés SA u ta’ Cofely Fabricom.


(1)  ĠU C 205 22.6.2015.