23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2016 – Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-532/15 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rapport ta’ evalwazzjoni - Imparzjalità tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Talba għal rikuża tal-membri tal-kulleġġ ġudikanti - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”))

(2017/C 022/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Z (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Rollinger, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Placco, sussegwentement J. Inghelram u Á. Almendros Manzano, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2015, Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja (F-64/13, EU:F:2015:72), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Z hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 16, 18.1.2016.