3.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 16 ta’ Frar 2017 – Gruppe Nymphenburg Consult vs EUIPO (Limbic® Types)

(Kawża T-516/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Limbic® Types - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Raġuni assoluta għal rifjut - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 104/65)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Gruppe Nymphenburg Consult AG (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-23 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 1974/2014-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Limbic® Types bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-23 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 1974/2014-1) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Gruppe Nymphenburg Consult AG.


(1)  ĠU C 354, 26.10.2015.