14.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 419/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2016 – Foodcare vs EUIPO – Michalczewski (T.G.R. ENERGY DRINK)

(Kawża T-456/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea T.G.R. ENERGY DRINK - Mala fides - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 419/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Foodcare sp. z o.o. (Zabierzów, il-Polonja) (rappreżentant: A. Matusik, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Dariusz Michalczewski (Gdańsk, il-Polonja) (rappreżentanti: B. Matusiewicz-Kulig, M. Czerwińska u M. Marek, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-12 ta’ Mejju 2015 (Każ R 265/2014-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn D. Michalczewski u Foodcare.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Foodcare sp. z o.o. għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Dariusz Michalczewski.


(1)  ĠU C 328, 5.10.2015.