16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2016 – CG vs EUIPO – Perry Ellis International Group (P PRO PLAYER)

(Kawża T-349/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva P PRO PLAYER - Trade marks tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali figurattivi preċedenti P u P PROTECTIVE - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 014/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CG Verwaltungsgesellschaft mbH (Gevelsberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Körber, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Stoyanova-Valchanova u M. Fischer, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Perry Ellis International Group Holdings Ltd (Nassau, il-Baħamas) (rappreżentanti: O. Günzel u V. Ahmann, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-28 ta’ April 2015 (Każ R 2439/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Perry Ellis International Group Holdings u CG Verwaltungsgesellschaft.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CG Verwaltungsgesellschaft mbH hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea u ta’ Perry Ellis International Group Holdings Ltd.


(1)  ĠU C 294, 7.9.2015.