14.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 419/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Settembru 2016 – Universal Protein Supplements vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ body builder)

(Kawża T-335/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea” - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta body builder - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 419/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Universal Protein Supplements Corp. (New Brunswick, New Jersey, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. O’Neill u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Objet

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-6 ta’ Marzu 2015 (Każ R 2958/2014-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta body builder bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Universal Protein Supplements Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2015.