23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2016 – Fiesta Hotels & Resorts vs EUIPO – Residencial Palladium (PALLADIUM PALACE IBIZA RESORT & SPA)

(Kawża T-217/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea PALLADIUM PALACE IBIZA RESORT & SPA - Isem kummerċjali nazzjonali preċedenti GRAND HOTEL PALLADIUM - Raġuni relattiva għal rifjut - Użu fil-kummerċ ta’ sinjal liema portata ma hijiex biss lokali - Artikolu 8(4) u Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 022/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Fiesta Hotels & Resorts, SL (Ibiza, Spanja) (rappreżentant: J. B. Devaureix, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Residencial Palladium, SL (Ibiza, Spanja) (rappreżentant: D. Solana Giménez, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Frar 2015 (Każ R 2391/2013-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità Residencial Palladium u Fiesta Hotels & Resorts.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Fiesta Hotels & Resorts, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 205, 22.6.2015.