31.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 402/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2016 – PAN Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-51/15) (1)

([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Dokumenti dwar interferenti endokrinali - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001”])

(2016/C 402/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: B. Kloostra, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Buchet, P. Mihaylova u J. Tomkin, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju tal-Iżvezja (rappreżentanti: A. Falk, C. Meyer Seitz, U. Persson, N. Otte Widgren, E. Karlsson u L. Swedenborg, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Novembru 2014, bir-referenza Ares(2014) 3900631, sa fejn tirrifjuta l-aċċess għal dokumenti dwar l-interferenti endokrinali.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-24 ta’ Novembru 2014, bir-referenza (2014) 3900631, hija annullata sa fejn ċaħdet l-aċċess għad-dokumenti msemmijin taħt in-numri 9, 13, 14, 15, 16, 17, 17a, 20, 22, 24, 25, 29, 30, 31, 37, 38, 39, 41, 42 u 43, abbażi tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill Pesticide Action Network Europe (PAN Europe).

4)

Ir-Renju tal-Isvezja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 118, 13.4.2015.