25.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/78 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2015 – ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-142/15)
(2016/C 027/101)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: A. Tymen, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li ma jilqax t-talba għall-assistenza mressqa mir-rikorrenti u t-talba għad-danni morali allegatament subiti.
Talbiet
— |
jannulla d-deċiżjoni impliċita tal-11 ta’ April 2015 li tiċħad it-talba ta’ assistenza tar-rikorrenti tal-11 ta’ Diċembru 2014; |
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-20 ta’ Awwissu 2015, li ġiet riċevuta fl-24 ta’ Awwissu 2015, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tal-24 ta’ April 2015; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta’ danni, stabbiliti ex aequo et bono fl-ammont ta’ EUR 50 000, bħala kumpens għad-dannu morali tar-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha. |