Kawża C‑463/15 PPU

Openbaar Ministerie

vs

A.

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Deċiżjoni Qafas 2002/584/JAI — Mandat ta’ arrest Ewropew — Artikoli 2(4) u 4(1) — Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni — Liġi kriminali nazzjonali li tissuġġetta l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, minbarra għall-kriminalità doppja, għall-kundizzjoni li l-fatt inkriminat ikun punibbli b’piena jew b’miżura li tneħħi l-libertà b’massimu ta’ mill-inqas tnax-il xahar fid-dawl tal-liġi tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni”

Sommarju – Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ Settembru 2015

Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Deċiżjoni Qafas dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri – Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, minbarra għall-kriminalità doppja, għall-kundizzjoni li l-fatt inkriminat ikun punibbli b’piena jew b’miżura li tneħħi l-libertà b’massimu ta’ mill-inqas tnax-il xahar fid-dawl tal-liġi tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni – Inammissibbiltà

(Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299, Artikolu 2(4) u 4(1))

L-Artikoli 2(4) u 4(1) tad-Deċiżjoni kwadru [Qafas] 2002/584, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-konsenja abbażi ta’ mandat ta’ arrest Ewropew tkun issuġġettata, fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni, mhux biss għall-kundizzjoni li l-fatt li għalih inħareġ dan il-mandat ikun jikkostitwixxi reat fid-dawl tal-liġi ta’ dan l-Istat Membru, iżda wkoll għall-kundizzjoni li dan ikun, fid-dawl ta’ din l-aħħar liġi, punibbli b’piena li tneħħi l-libertà ta’ massimu ta’ mill-inqas tnax-il xahar.

Fil-fatt, hekk kif jirriżulta mill-ewwel żewġ paragrafi tal-Artikolu 2 tagħha, din id-Deċiżjoni Qafas tiffoka, f’dak li jikkonċerna l-ksur li jista’ jkun is-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, fuq il-livell tal-pieni applikabbli fl-Istat Membru tal-ħruġ tiegħu. Dan huwa dovut għall-fatt li l-kawżi kriminali fejn l-eżekuzzjoni ta’ piena jew ta’ miżura ta’ sigurtà li tneħħi l-libertà li fid-dawl tagħha jinħareġ tali mandat ta’ arrest isiru konformement mar-regoli ta’ dan l-Istat Membru.

Kuntrarjament għas-sistema tal-estradizzjoni li neħħiet u ssostitwiet b’sistema ta’ konsenja bejn awtoritajiet ġudizzjarji, id-Deċiżjoni Qafas 2002/584 ma tiħux iktar inkunsiderazzjoni l-livelli tal-pieni applikabbli fl-Istati Membri ta’ eżekuzzjoni. Dan jikkorrispondi għall-għan primordjali mfittex minn din id-Deċiżjoni Qafas, stabbilit fil-premessa 5 tagħha, li tiġi żgurata ċirkolazzjoni libera tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji fil-qasam kriminali, fl-ispazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja.

(ara l-punti 27, 29-31 u d-dispożittiv)