4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Diċembru 2015 – Lohmann & Rauscher International GmbH & Co. KG vs BIOS Naturprodukte GmbH

(Kawża C-662/15)

(2016/C 118/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lohmann & Rauscher International GmbH & Co. KG.

Konvenuta: BIOS Naturprodukte GmbH.

Domanda preliminari

L-Artikolu 1(2)(f), l-Artikolu 11, il-punt 13 tal-Anness I, u l-aħħar inċiż tal-punt 3 tal-Anness VII tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE, tat-14 ta’ Ġunju 1993, dwar mezzi mediċi (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li proċedura ġdida tal-istima tal-konformità hija neċessarja sabiex jitqassam mezz mediku tal-klassi I, li kien suġġett għal proċedura tal-istima tal-konformità u li kien debitament ingħata l-marka CE mill-fabbrikant, meta t-tagħrif dwar in-numru farmakoloġiku ċentrali (Pharmazentralnummer) fuq il-pakkett estern tal-mezz mediku kien ġie mgħotti bit-twaħħil ta’ tikketta li fiha data dwar l-importatur u n-numru farmakoloġiku ċentrali assenjat lilu, bit-tagħrif l-ieħor jibqa’ viżibbli?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 12, p. 82.