1.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-30 ta’ Ottubru 2015 – Europa Way Srl, Persidera SpA vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni et

(Kawża C-560/15)

(2016/C 038/34)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Europa Way Srl, Persidera SpA

Konvenuti: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Ministero dello Sviluppo economico, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Economia e delle Finanze

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjoni leġiżlattiva kkontestata u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti kisru r-regoli li skonthom il-funzjonijiet ta’ regolamentazzjoni tas-suq televiżiv jispettaw lil awtorità amministrattiva indipendenti [l-Artikoli 3 u 8 tad-Direttiva 2002/21/KE (1), (Direttiva Kwadru), kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE (2)]?

2)

Id-dispożizzjoni leġiżlattiva kkontestata u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti kisru d-dispożizzjonijiet [l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/20/KE (3), (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), u l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru)] li jipprevedu l-organizzazzjoni minn qabel ta’ konsultazzjoni pubblika mill-awtorità amministrattiva nazzjonali indipendenti kompetenti għal dan is-settur?

3)

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea, u b’mod iktar preċiż l-Artikolu 56 TFUE, l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas), l-Artikoli 3, 5 u 7 tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), u l-Artikoli 2 u 4 tad-Direttiva 2002/77/KE (4) (Direttiva tal-Kompetizzjoni), kif ukoll il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza, ta’ libertà tal-kompetizzjoni, ta’ proporzjonalità, ta’ effettività u ta’ pluraliżmu tal-informazzjoni, jipprekludu l-annullament tal-konkors tas-sbuħija, li kien tniehed bħala rimedju għall-esklużjoni illegali ta’ operaturi tas-suq fis-sistema ta’ attribuzzjoni tal-frekwenzi diġitali televiżivi u sabiex jiġi permess l-aċċess tal-operaturi minuri, kif ukoll għas-sostituzzjoni tagħha minn proċedura ta’ selezzjoni oħra, oneruża, li tobbliga lill-parteċipanti jissodisfaw kundizzjonijiet u jwettqu obbligi li l-operaturi preżenti fis-suq ma kinux obbligati jwettqu qabel, b’mod li t-tressiq ta’ offerta kompetittiva jsir oneruż u ekonomikament żvantaġġuż?

4)

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea, u b’mod iktar preċiż l-Artikolu 56 TFUE, l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru), l-Artikoli 3, 5, u 7 tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), l-Artikoli 2 u 4 tad-Direttiva 2002/77/KE (Direttiva tal-Kompetizzjoni), u l-Artikolu 258 TFUE kif ukoll il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza, ta’ liberta tal-kompetizzjoni, ta’ proporzjonalità, ta’ effettività u ta’ pluraliżmu tal-informazzjoni, jipprekludu l-konfigurazzjoni mill-ġdid tal-pjan ta’ attribuzzjoni tal-frekwenzi li tipprevedi t-tnaqqis minn 25 stazzjon għal 22 stazzjon nazzjonali (fejn l-operaturi preżenti fis-suq iżommu n-numru ta’ multiplexes li huma għandhom), it-tnaqqis ta’ lottijiet suġġett tal-proċedura ta’ selezzjoni għal 3 mutliplexes u l-attribuzzjoni tal-frekwenzi fil-band VHF-III bir-riskju ta’ interferenzi qawwija?

5)

Il-protezzjoni tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, kif spjegat mill-Qorti tal-Ġustizzja, hija kompatibbli mal-annullament tal-konkors tas-sbuħija li ma ppermettiex lill-appellanti, li kienu diġà ġew ammessi għall-proċedura ta’ selezzjoni mingħajr ħlas, li jkunu ċerti li ser jingħataw xi lottijiet li kienu s-suġġett tal-proċedura ta’ selezzjoni?

6)

Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-attribuzzjoni tad-drittijiet ta’ użu tal-frekwenzi [l-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru), l-Artikoli 5 u 7 tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), l-Artikoli 2 u 4 tad-Diretiva 2002/77/KE (Direttiva tal-Kompetizzjoni)] hija kompatibbli mal-adozzjoni ta’ dispożizzjoni bħall-Artikolu 3 quinquies tad-Digriet-Leġiżlattiv Nru 16 tal-2012, li ma tissodisfax il-karatteristiċi tas-suq tar-radju u tat-televiżjoni?


(1)  Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349).

(2)  Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009, li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (ĠU L 337, p. 37).

(3)  Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337).

(4)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE, tas-16 ta’ Settembru 2002, dwar kompetizzjoni fis-swieq tan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 178)