30.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Awwissu 2015 – Vattenfall Europe Generation AG vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-457/15)

(2015/C 398/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vattenfall Europe Generation AG

Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland

Domandi preliminari

1)

L-inklużjoni tal-kategorija ta’ attività ta’ kombustjoni fl-“istallazzjonijiet tal-kombustjoni bi dħul termali tratat li jaqbeż il-20 MW” fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE (1) għandha l-effett li l-obbligu ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ installazzjoni tal-produzzjoni tal-elettriku jibda fid-data li jsiru l-ewwel emissjonijiet ta’ gassijiet serra, u għalhekk possibbilment qabel id-data tal-ewwel produzzjoni ta’ elettriku minn din l-installazzjoni?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda hija negattiva:

L-Artikolu 19(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2011/278/UE) (2), tas-27 ta’ April 2011, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jsiru qabel ma tinbeda l-operazzjoni normali ta’ installazzjoni li taqa’ taħt l-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE jiskattaw l-obbligu tal-operatur li jirrapporta u li jirrinunzja d-drittijiet ta’ emissjoni fid-data ta’ meta jsiru l-ewwel emissjonijiet matul il-fażi ta’ kostruzzjoni tal-installazzjoni?

3)

Fil-każ li r-risposta għat-tieni domanda hija fl-affermattiv:

L-Artikolu 19(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2011/278/UE), tas-27 ta’ April 2011, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni nazzjonali ta’ traspożizzjoni, jiġifieri l-paragrafu 18(4) taz-Zuteilungsverordnung 2020 [Regolament dwar l-allokazzjonijet 2020], għal installazzjonijiet tal-produzzjoni tal-elettriku fid-dawl tad-determinazzjoni tad-data ta’ meta jiġi stabbilit l-obbligu ta’ skambju tal-kwoti tal-emissjonijiet?


(1)  Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631).

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2011) 2772) (ĠU 2011 L 130, p. 1).