12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fl-10 ta’ Awwissu 2015 – Lietuvos Respublikos aplinkos ministerijos Aplinkos projektų valdymo agentūra vs UAB “Alytaus regiono atliekų tvarkymo centras”

(Kawża C-436/15)

(2015/C 337/13)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lietuvos Respublikos aplinkos ministerijos Aplinkos projektų valdymo agentūra

Konvenuti: UAB “Alytaus regiono atliekų tvarkymo centras”, Lietuvos Respublikos finansų ministerija, UAB “Skirnuva”, UAB “Parama”, UAB “Alkesta”, UAB “Dzūkijos statyba”

Domandi preliminari

1)

X’jikkostitwixxi “programm [multiannwali]” fis-sens tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995 (1), dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea?

2)

Proġetti bħal Nru 2001/LT/16/P/PE/003: “Stabbiliment ta’ sistema ta’ immaniġġar tal-iskart għar-reġjun ta’ Alytus Region”, li ingħata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru PH(2001)5367, tat-13 ta’ Diċembru 2001, li tapprova l-Miżura 2001 LT 16 P PE 003, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru PH/2002/9380, tat-23 ta’ Diċembru 2002, jikkorrispondu mal-kunċett ta’ “programm [multiannwali]” kif stabbilit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea?

3)

F’każ li r-risposta għat-tieni domanda tkun fl-affermattiv, liema mument għandu jitqies bħala li jikkostitwixxi l-bidu tat-terminu għall-proċeduri skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340.