19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance francophone de Bruxelles (il-Belġju) fit-30 ta’ Lulju 2015 – proċeduri kriminali kontra  U (*1)

(Kawża C-420/15)

(2015/C 346/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance francophone de Bruxelles

Parti fil-kawża prinċipali

 U (*1)

Domanda preliminari

L-Artikoli 2 u 3 tad-Digriet Irjali tal-20 ta’ Lulju 2001 dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi jinsabu f’kontradizzjoni mal-Artikoli 18, 20, 45, 49 u 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni sa fejn, sabiex jinstaqu fil-Belġju – anki jekk sempliċement sabiex jgħaddu mill-pajjiż – il-vetturi li jappartjenu lil resident ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea ieħor għajr il-Belġju u li jkunu rreġistrati f’dan l-Istat Membru ieħor għandhom ikunu s-suġġett ta’ reġistrazzjoni Belġjana meta l-persuna tkun ukoll residenti fil-Belġju?


(*1)  Informazzjoni mħassra fil-qafas tal-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali.