7.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/39


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Lussemburgu) fid-29 ta’ Ġunju 2015 – ArcelorMittal Rodange et Schifflange SA vs État du Grand-duché de Luxembourg

(Kawża C-321/15)

(2015/C 294/51)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour constitutionnelle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ArcelorMittal Rodange et Schifflange SA

Konvenut: État du Grand-duché de Luxembourg

Domanda preliminari

L-Artikolu 13(6) tal-liġi emendata, tat-23 ta’ Diċembru 2004, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra, sa fejn jippermetti lill-Ministru kompetenti jeżiġi r-restituzzjoni mingħajr kumpens totali jew parzjali tal-kwoti maħruġa skont l-Artikolu 12(2) u (4) tal-istess liġi, iżda mhux użati, huwa konformi mad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), b’mod partikolari mal-istruttura tal-iskema ta’ skambju ta’ kwoti prevista fiha, fejn din id-domanda testendi għal dik tal-eżistenza effettiva, jew anki, fl-affermativ, tal-klassifikazzjoni tar-restituzzjoni ta’ kwoti maħruġa, iżda mhux użati, kif ukoll għal dik tal-klassifikazzjoni possibbli ta’ tali kwoti bħala beni?


(1)  ĠU L 275, p. 32.