24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour du travail de Bruxelles (il-Belġju) fl-10 ta’ Ġunju 2015 – Office national de l’emploi (ONEm), M vs M, Office national de l’emploi (ONEm), Caisse Auxiliaire de Paiement des Allocations de Chômage (CAPAC)

(Kawża C-284/15)

(2015/C 279/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour du travail de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Office national de l’emploi (ONEm), M

Konvenuti: M, Office national de l’emploi (ONEm), Caisse Auxiliaire de Paiement des Allocations de Chômage (CAPAC)

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 67(3) tar-Regolament dwar is-sigurtà soċjali Nru 1408/71 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jirrifjuta t-total tal-perijodi ta’ impjieg neċessarju għall-ammissibbiltà għall-benefiċċju ta’ allowance tal-qgħad intiż sabiex jikkompleta d-dħul ta’ impjieg part-time, meta l-okkupazzjoni f’dan l-impjieg ma kienet ippreċeduta minn ebda perijodu ta’ assigurazzjoni jew ta’ impjieg f’dan l-Istat Membru?

2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 67(3) tar-Regolament dwar is-sigurtà soċjali Nru 1408/71, huwa kompatibbli, b’mod partikolari:

mal-Artikolu 48 TFUE, sa fejn il-kundizzjoni li dan l-Artikolu 67(3) jissuġġetta t-total tal-perijodi ta’ impjieg għaliha, hija tali li tirrestrinġi l-moviment liberu tal-ħaddiema u l-aċċess tagħhom għal ċerti impjiegi part-time,

mal-Artikolu 45 TFUE, li “jimplika l-abolizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza bejn il-ħaddiema ta’ l-Istati Membri dwar l-impjieg, il-paga u l-kondizzjonijiet l-oħra tax-xogħol” u jipprevedi d-dritt għall-ħaddiema “li jaċċetta offerti ta’ impjieg li jkunu saru” (inklużi impjiegi part-time) fl-Istati Membri l-oħra, “li jispostja ruħu liberament għal dan l-għan fit-territorju ta’ l-Istati Membri” u li jirrisjedi fih “sabiex jaħdem f’impjieg skond il-liġijiet, regolamenti u regoli amministrattivi li jirregolaw l-impjieg tal-ħaddiema ta’ dak l-Istat”,

mal-Artikolu 15(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li jippreċiża li “[k]ull ċittadin ta’ l-Unjoni għandu l-libertà li jfittex impjieg, li jaħdem, [...] f’kull Stat Membru”?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 3), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1606/98, tad-29 ta’ Ġunju 1998 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 308, iktar ’il quddiem ir-“Regolament dwar is-sigurtà soċjali Nru 1408/71”).