20.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 236/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland (l-Irlanda) fit-22 ta’ Mejju 2015 – Minister for Justice and Equality vs Francis Lanigan

(Kawża C-237/15)

(2015/C 236/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Ireland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister for Justice and Equality

Konvenut: Francis Lanigan

Domandi preliminari

1.

X’inhuwa l-effet ta’ nuqqas ta’ osservanza tat-termini ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Qafas, tat-13 ta’ Ġunju 2002, fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (2002/584/ĠAI) (1) moqrija flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15 tal-imsemmija deċiżjoni qafas?

2.

In-nuqqas ta’ osservanza tat-termini ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Qafas, tat-13 ta’ Ġunju 2002, fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (2002/584/ĠAI) jagħti lok għal drittijiet min-naħa ta’ individwu li nżamm taħt kustodja sakemm tittieħed deċiżjoni dwar iċ-ċediment tiegħu/tagħha għal perijodu li jeċċedi dawn il-perijodi ta’ żmien?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34