15.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 198/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-26 ta’ Marzu 2015 – K. Ruijssenaars, A. Jansen vs Staatssecretaris van Infrastructuur en Milieu, Royal Air Maroc

(Kawża C-145/15)

(2015/C 198/29)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: K. Ruijssenaars, A. Jansen

Konvenuti: Staatssecretaris van Infrastructuur en Milieu, Royal Air Maroc

Domanda preliminari

L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li [...] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10) jimponi fuq l-awtoritajiet nazzjonali l-obbligu li jadottaw miżuri ta’ eżekuzzjoni li jawtorizzaw lill-organu innominat abbażi tal-Artikolu 16 jieħu miżuri koerċittivi amministrattivi f’kull każ individwali ta’ ksur tal-Artikoli 5(1)(ċ) u 7 tar-Regolament, sabiex jiġi ggarantit id-dritt ta’ passiġġier li jingħata kumpens f’kull każ individwali, fid-dawl tal-fatt li d-dritt Olandiż jippermetti lill-passiġġieri jinvokaw quddiem il-qrati ċivili d-drittijiet li, bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni, huma jistgħu jisiltu mill-Artikoli 5(1)(ċ) u 7 tar-Regolament?