|
27.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/6 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Nederlandstalige rechtbank van koophandel Brussel – Il-Belġju) – Uber Belgium BVBA vs Taxi Radio Bruxellois NV
(Kawża C-526/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Inammissibbiltà - Trasport ta’ persuni permezz ta’ vetturi bil-mutur - Xufiera privati li jużaw applikazzjoni għal smartphone li tippermetti li jitqegħdu f’kuntatt ma’ persuni li jixtiequ jwettqu traġitti urbani - Obbligu li jkollhom awtorizzazzjoni ta’ operat))
(2017/C 063/08)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Nederlandstalige rechtbank van koophandel Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Uber Belgium BVBA
Konvenuta: Taxi Radio Bruxellois NV
fil-preżenza ta’: Uber International BV, Rasier Operations BV, Uber BV, Brussels Hoofdstedelijk Gewest, Belgische Federatie van Taxis, Nationale Groepering van Ondernemingen met Taxi- en Locatievoertuigen met Chauffeur VZW
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nederlandstalige rechtbank van koophandel Brussel (qorti kummerċjali ta’ Brussell li fiha jiġi mitkellem l-Olandiż, il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tat-23 ta’ Settembru 2015, hija manifestament inammissibbli.