24.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 239/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (id-Disa’ Awla) tat-18 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vilniaus apygardos administracinis teismas – il-Litwanja) – UAB “Litdana” vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

(Kawża C-624/15) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 314 - Skema ta’ marġni ta’ profitt - Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni - Rifjut mill-awtoritajiet fiskali nazzjonali li l-persuna taxxabbli tibbenefika mid-dritt li tapplika l-iskema ta’ marġni ta’ profitt - Riferimenti fuq il-fatturi kemm tal-applikazzjoni mill-fornitur tal-iskema ta’ marġni ta’ profitt kif ukoll għall-eżenzjoni mill-VAT - Nuqqas ta’ applikazzjoni mill-fornitur tal-iskema ta’ marġni ta’ profitt għall-provvista - Indizji li jindikaw l-eżistenza ta’ irregolaritajiet jew ta’ frodi fil-provvista)

(2017/C 239/09)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Vilniaus apygardos administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UAB “Litdana”

Konvenut: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

Fil-preżenza ta’: Klaipėdos apskrities valstybinė mokesčių inspekcija

Dispożittiv

L-Artikolu 314 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE, tat-13 ta’ Lulju 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru li jirrifjutaw lil persuna taxxabbli, li tkun irċeviet fattura li fiha jidhru riferimenti kemm għall-iskema ta’ marġni ta’ profitt kif ukoll għall-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), id-dritt li tiġi applikata l-iskema ta’ marġni ta’ profitt, anki jekk tirriżulta minn stħarriġ sussegwenti mwettaq mill-imsemmija awtoritajiet li negozjant taxxabbli li pprovda l-oġġetti użati ma kienx effettivament applika din is-sistema għall-provvista ta’ dawn l-oġġetti, sakemm ma jiġix stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti li l-persuna taxxabbli ma aġixxietx bona fide jew li ma ħaditx il-miżuri kollha raġonevoli għad-dispożizzjoni tagħha sabiex tiżgura ruħha li t-tranżazzjoni li twettaq ma kinitx twassalha għall-parteċipazzjoni fi frodi fiskali, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 48, 08.02.2016.