20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Concurrence SARL vs Samsung Electronics France SAS, Amazon Services Europe Sàrl

(Kawża C-618/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nruo44/2001 - Ġurisdizzjoni - Materji ta’ delitt jew kważi delitt - Netwerk ta’ distribuzzjoni selettiva - Bejgħ mill-ġdid barra minn netwerk fuq l-internet - Azzjoni għall-waqfien ta’ dannu illegali - Rabta ta’ konnessjoni))

(2017/C 053/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Concurrence SARL

Konvenuti: Samsung Electronics France SAS, Amazon Services Europe Sàrl

Dispożittiv

Il-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat, għall-finijiet tal-attribuzzjoni tal-ġurisdizzjoni mogħtija minn din id-dispożizzjoni sabiex tittieħed konjizzjoni ta’ azzjoni għad-danni għal ksur tal-projbizzjoni ta’ bejgħ barra minn netwerk ta’ distribuzzjoni selettiva li tirriżulta mill-offerta, fuq xi siti elettroniċi operati f’diversi Stati Membri, ta’ prodotti li huma s-suġġett tal-imsemmi netwerk, fis-sens li l-post fejn seħħ id-dannu għandu jitqies li huwa t-territorju tal-Istat Membru li jipproteġi l-imsemmija projbizzjoni ta’ bejgħ permezz tal-azzjoni inkwistjoni, territorju li fih ir-rikorrent jallega li sofra tnaqqis fil-bejgħ tiegħu.


(1)  ĠU C 38, 1.2.2016.