28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-583/15) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Politika tat-trasport - Regolament (KE) Nru 1071/2009 - Operatur tat-trasport bit-triq - Semplifikazzjoni u kooperazzjoni amministrattiva - Artikolu 16(1) u (5) - Reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi ta’ trasport bit-triq - Interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali))

(2016/C 441/08)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux, M. M. Farrajota u P. Guerra u Andrade, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo u C. Guerra Santos, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ma ħolqitx reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq, u billi ma stabbilixxietx għaldaqstant interkonnessjoni mar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri l-oħra, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 16(1) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE.

2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 38, 1.2.2016, p. 29.