27.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Jannar 2017 – Rainer Typke vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-491/15 P) (1)

((Appell - Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Artikolu 3 - Kunċett ta’ dokument - Artikolu 2(3) - Dokumenti miżmuma minn istituzzjoni - Klassifikazzjoni ta’ informazzjoni miżmuma f’database - Obbligu li jiġi stabbilit dokument ineżistenti - Assenza - Dokumenti eżistenti li jistgħu jiġu estratti minn database))

(2017/C 063/05)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Rainer Typke (rappreżentant: C. Cortese, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u B. Eggers, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Rainer Typke huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 27, 25.1.2016.