14.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 419/22


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Baden-Württemberg – Il-Ġermanja) – Peter Radgen, Lilian Radgen vs Finanzamt Ettlingen

(Kawża C-478/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni - Ugwaljanza fit-trattament - Taxxa fuq id-dħul - Eżenzjoni tad-dħul mit-twettiq ta’ attività ta’ tagħlim b’mod anċillari fis-servizz ta’ persuna ġuridika rregolata mid-dritt pubbliku bis-sede tagħha fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew ta’ Stat li għalih japplika l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992 - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teskludi minn din l-eżenzjoni dħul minn attività bħal din imwettqa fis-servizz ta’ persuna ġuridika rregolata mid-dritt pubbliku bis-sede tagħha fl-Isvizzera))

(2016/C 419/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Peter Radgen, Lilian Radgen

Konvenut: Finanzamt Ettlingen

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, iffirmat fil-Lussemburgu fil-21 ta’ Ġunju 1999, dwar l-ugwaljanza fit-trattament ta’ ħaddiema impjegati għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tagħtix lil ċittadin residenti suġġett b’mod illimitat għat-taxxa fuq id-dħul, li għamel użu mid-dritt tiegħu ta’ moviment liberu sabiex iwettaq attività ta’ tagħlim bħala persuna impjegata b’mod anċillari fis-servizz ta’ persuna ġuridika rregolata mid-dritt pubbliku stabbilita fl-Isvizzera, il-benefiċċju tal-eżenzjoni fiskali relatata mad-dħul li ġej minn din l-attività bi ħlas, filwaqt li tali eżenzjoni kienet tingħata li kieku l-imsemmija attività kellha titwettaq fis-servizz ta’ persuna ġuridika rregolata mid-dritt pubbliku stabbilita f’dan l-Istat Membru, fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni jew fi Stat ieħor li għalih japplika l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992.


(1)  ĠU C 16, 18.1.2016