16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Novemburu 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien- l-Awstrija) – Wolfgang Schmidt vs Christiane Schmidt

(Kawża C-417/15) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali - Kamp ta’ applikazzjoni - L-ewwel paragrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 24 - Ġurisdizzjoni esklużiva fil-qasam tad-drittijiet in rem fuq proprjetà immobbli - Il-punt 1(a) tal-Artikolu 7 - Ġurisdizzjoni speċjali fi kwistjonijiet kuntrattwali - Azzjoni intiża għall-annullament ta’ att ta’ donazzjoni ta’ proprjetà immobbli u għat-tħassir mir-reġistru pubbliku tal-artijiet tar-reġistrazzjoni ta’ dritt ta’ proprjetà])

(2017/C 014/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Wolfgang Schmidt

Konvenuta: Christiane Schmidt

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li azzjoni għall-annullament ta’ att ta’ donazzjoni ta’ proprjetà immobbli minħabba n-nuqqas ta’ kapaċità kuntrattwali tad-donatur ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qorti tal-Istat Membru fejn tinsab il-proprjetà immobbli, prevista fil-punt 1 tal-Artikolu 24 ta’ dan ir-regolament, iżda taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni speċjali prevista fil-punt 1(a) tal-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament.

Azzjoni għat-tħassir mir-reġistru tal-artijiet tan-noti dwar id-dritt ta’ proprjetà tad-donatarju taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva prevista fil-punt 1 tal-Artikolu 24 tal-istess regolament.


(1)  ĠU C 363, 3.11.2015.