30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 33 de Barcelona – Spanja) – Mohamed Daouidi vs Bootes Plus SL, Fondo de Garantía Salarial, Ministerio Fiscal

(Kawża C-395/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2000/78/KE - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Artikoli 1 sa 3 - Projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq diżabbiltà - Eżistenza ta’ “diżabbiltà” - Kunċett ta’ “inkapaċitajiet fiżiċi, mentali, intellettwali jew fis-sensi dewwiema” - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 3, 15, 21, 30, 31, 34 u 35 - Tkeċċija ta’ ħaddiem f’sitwazzjoni ta’ inkapaċità temporanja għax-xogħol, fis-sens tad-dritt nazzjonali, għal żmien indeterminat))

(2017/C 030/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 33 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Mohamed Daouidi

Konvenuti: Bootes Plus SL, Fondo de Garantía Salarial, Ministerio Fiscal

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandha tiġi interpretata fis-sens li:

il-fatt li l-persuna kkonċernata tinsab f’sitwazzjoni ta’ inkapaċità temporanja għax-xogħol, fis-sens tad-dritt nazzjonali, għal żmien indeterminat, minħabba inċident fuq il-post tax-xogħol, ma jfissirx, fih innifsu, li l-limitazzjoni tal-kapaċità ta’ din il-persuna tista’ tiġi kklassifikata bħala “dewwiema” fis-sens tad-definizzjoni tad-“diżabbiltà” koperta minn din id-direttiva, moqrija fid-dawl tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà, li ġiet approvata f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE, tas-26 ta’ Novembru 2009;

fost l-indizji li jippermettu jitqies li tali limitazzjoni hija “dewwiema” hemm b’mod partikolari l-fatt li, meta seħħ il-fatt allegatament diskriminatorju, l-inkapaċità tal-persuna kkonċernata ma tidhirx li se tiġi riżolta fi żmien qasir jew il-fatt li din l-inkapaċità tista’ tippersisti għal żmien twil qabel l-imsemmija persuna tirkupra, u

fil-kuntest tal-verifika ta’ din in-natura “dewwiema”, il-qorti tar-rinviju għandha tibbaża ruħha fuq l-elementi oġġettivi kollha li għandha għad-dispożizzjoni tagħha, b’mod partikolari fuq dokumenti u ċertifikati dwar l-istat tal-imsemmija persuna, stabbiliti abbażi ta’ għarfien u ta’ data medika u xjentifika attwali.


(1)  ĠU C 354, 26.10.2015.