6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/28


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2014 – Bice International vs UASI – Bice (bice)

(Kawża T-624/14)

2014/C 351/36

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bice International Ltd (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentant: N. Gibb, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bice AG (Baar, l-Isvizzera)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-23 ta’ Mejju 2014 mogħtija fil-Każ R 1249/2013-1.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “bice” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29, 30 u 43 – Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 5 1 26  693

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: ġie allegat li l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja ġiet ippreżentata b’mala fede, fis-sens tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja u rreġistrata bi ksur tal-Artikolu 53(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 52(1)(b), 53(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja