13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/24


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Laverana vs UASI (BIO ORGANIC)

(Kawża T-610/14)

2014/C 361/37

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Laverana GmbH & Co. KG (Wennigsen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Wachinger, M. Zöbisch u D. Chatterjee, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-2 ta’ Ġunju 2014, fil-Każ R 301/2014-4;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-elementi verbali “BIO ORGANIC”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 12 006 409

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

użu ħażin ta’ poter permezz ta’ deċiżjoni bbażata fuq kunsiderazzjonijiet reltatati mad-dritt tal-kompetizzjoni