13.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 361/16 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2014 – Mechadyne International vs UASI (FlexValve)
(Kawża T-588/14)
2014/C 361/21
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mechadyne International Ltd (Kirtlington, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. von Petersdorff-Campen u E. Schaper, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-3 ta’ Ġunju 2014 fil-Każ R 2435/2013-4; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-element verbali “FlexValve”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9, 12 u 42 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 2 74 677
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
— |
ksur tad-dritt għal smigħ; |
— |
ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 |
— |
ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 |