6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/19


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2014 – Gascogne Sack Deutschland u Gascogne vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża T-577/14)

2014/C 351/24

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Gascogne Sack Deutschland GmbH (Wieda, il-Ġermanja) u Gascogne (Saint-Paul-lès-Dax, Franza) (rappreżentanti: F. Puel u E. Durand, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea minħabba l-proċedura segwita quddiem il-Qorti Ġenerali li kisret ir-rekwiżiti marbuta mal-osservanza tat-terminu ta’ sentenza raġonevoli;

Konsegwentement,

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għall-ħlas ta’ dannu adegwat u sħiħ għad-danni materjali u immaterjali subiti mir-rikorrenti minħabba l-aġir illegali tal-Unjoni, li jikkorrispondi għas-somom segwenti, flimkien ma’ interessi kumpensatorji u moratorji bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, flimkien ma’ żewġ punti ta’ perċentwali, li jibdew jiddekorru mid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors:

EUR 1 1 93  467 abbażi tat-telf subit minħabba l-pagament ta’ interessi legali addizzjonali applikati f’isem is-sanzjoni lil hinn minn terminu raġonevoli;

EUR 1 87  571 abbażi tat-telf subit minħabba l-pagamenti addizzjonali tal-garanzija bankarja lil hinn minn terminu raġonevoli;

EUR 2 0 00  000 abbażi tax-xogħol mitluf u/jew tat-telf subit minħabba “sitwazzjonijiet ta’ inċertezza”, u

EUR 5 00  000 abbażi tad-dannu immaterjali;

sussidjarjament, fil-każ li jiġi kkunsidrat li l-ammont tad-dannu subit kellu jerġa’ jkun is-suġġett ta’ evalwazzjoni ġdida, tordna perizja skont l-Artikolu 65(d), l-Artikolu 66(1), u l-Artikolu 70 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali;

fi kwalunkwe ipoteżi, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw motiv wieħed, ibbażat fuq ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, minħabba tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, u, għalhekk, ksur tad-dritt fundamentali tagħhom li l-kawża tagħhom tiġi deċiża f’terminu raġonevoli.