15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/26


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2014 – Pelikan vs UASI – Hachette Filipacchi Presse (be.bag)

(Kawża T-517/14)

(2014/C 448/34)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pelikan Vertriebsgesellschaft mbH & Co. KG (Hannover, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Nordemann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hachette Filipacchi Presse SA (Levallois Perret, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: Ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: Reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fit-trade mark verbali “be.bag” Nruo1192/2013-1

Proċedimenti quddiem l-UASI: Proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ April 2014, fil-Kawża R 1192/2013-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.