28.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/16


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ April 2014 – Klement vs UASI – Bullerjan (Forma ta’ forn)

(Kawża T-211/14)

2014/C 245/22

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Toni Klement (Dippolddiswalde, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Weiser, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bullerjan GmbH (Isernhagen-Kirchhorst, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrent

tirriforma d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-9 ta’ Jannar 2014 fil-Każ R 927/2013-1, b’mod illi l-appell ippreżentat mir-rikorrent jiġi milqugħ u t-trade mark Komunitarja Nru 3723822 tkun revokata fl-intier tagħha;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI u, jekk ikun il-każ, lill-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja/l-eventwali intervenjenti għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti u tal-proċedimenti ta’ appell quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark tridimensjonali li tirrapreżenta forn, għal prodotti fil-klassi 11 – reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 3 7 23  822.

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: ċaħda tat-talba għal revoka

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 mal-Artikolu 15 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.