23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/57


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2015 – Grigoriadis et vs Il-Parlament et

(Kawża T-413/14) (1)

((“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Ristrutturar tad-dejn pubbliku tal-Greċja - Involviment tas-settur privat - Dannu relatat mat-tnaqqis tal-krediti - Dikjarazzjonijiet tal-kapijiet tal-Istati jew tal-Gvernijiet taż-Żona Euro u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni - Dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro - Assenza ta’ preċiżazzjoni tar-rabta kawżali mad-dannu invokat - Inammissibbiltà”))

(2015/C 389/65)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Grigoris Grigoriadis (Ateni, il-Greċja), Faidra Grigoriadou (Ateni), Ioannis Tsolias (Tessaloniki, il-Greċja), Dimitrios Alexopoulos (Tessaloniki), Nikolaos Papageorgiou (Ateni) u Ioannis Marinopoulos (Ateni) (rappreżentanti: C. Papadimitriou, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Troupiotis u L. Visaggio, aġenti); Il-Kunsill Ewropew; Il-Grupp tal-Euro; Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Gregorio Merino u M. Balta, aġenti); Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u M. Konstantinidis, aġenti); u Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: P. Papapaschalis u P. Senkovic, aġenti);

Suġġett

Minn naħa, talba intiża biex jiġi kkonstatat li l-konvenuti naqsu illegalment milli jieħdu azzjoni għall-finijiet li l-obbligazzjonijiet miżmuma mir-rikorrenti ma jkunux milquta mill-pjan ta’ parteċipazzjoni tas-settur privat fil-programm ta’ finanzjament tad-dejn (PSI), li jnaqqas il-valur tad-dejn tal-Istat Grieg, kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba dan in-nuqqas illegali milli tittieħed azzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Grigoris Grigoriadis, Faidra Grigoriadou, Ioannis Tsolias, Dimitrios Alexopoulos, Nikolaos Papageorgiou u Ioannis Marinopoulos huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 439, 08.12.2014.