22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Universal Music vs UASI – Yello Strom (Yellow Lounge)

(Kawża T-379/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2016/C 068/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Universal Music GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Viefhus, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment G. Schneider, sussegwentement G. Schneider u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Yello Strom GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Gründig-Schnelle, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Marzu 2006 (Każ R 274/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Yello Strom GmbH u Universal Music GmbH.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Universal Music GmbH u Yello Strom GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom, kif ukoll, kull waħda minnhom, għal nofs l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 292, 1.9.2014