29.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 111/24


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta Frar 2016 – SolarWorld et vs Il-Kunsill

(Kawża T-142/14) (1)

([“Rikors għal annullament - Sussidji - Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u tal-komponenti ewlenin tagħhom (ċelloli) li joriġinaw jew li jintbagħtu miċ-Ċina - Dazju antidumping definittiv - Eżenzjoni ta’ importazzjonijiet li huma suġġetti għall-impenn aċċettat - Indissoċjabbiltà - Inammissibbiltà”])

(2016/C 111/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SolarWorld AG (Bonn, il-Ġermanja); Brandoni solare SpA (Castelfidardo, l-Italja); u Solaria Energia y Medio Ambiente, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, u J. Beck, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: B. Driessen, aġent)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. F. Brakeland, T. Maxian Rusche u A. Stobiecka-Kuik, aġenti); Canadian Solar Manufacturing (Changshu), Inc. (Changshu, iċ-Ċina); Canadian Solar Manufacturing (Luoyang), Inc. (Luoyang, iċ-Ċina); Csi Cells Co. Ltd (Suzhou, iċ-Ċina); u CsiSolar Power (iċ-Ċina), Inc. (Suzhou) (rappreżentanti: A. Willems u S. De Knop, avukati, u K. Daly, solicitor), u China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products (Beijing, iċ-Ċina) (rappreżentanti: J. F. Bellis, F. Di Gianni u A. Scalini, avukati)

Suġġett

Talba għal annullament tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013, tat-2 ta’ Diċembru 2013, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325, p. 66).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Canadian Solar Manufacturing (Changshu), Inc., Canadian Solar Manufacturing (Luoyang), Inc., Csi Cells Co. Ltd u Csi Solar Power (China), Inc. għandhom jitneħħew mill-Kawża T–142/14 bħala partijiet intervenjenti.

3)

SolarWorid AG, Brandoni solare SpA u Solaria Energia y Medio Ambiente, SA huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji..

4)

Il-Kummissjoni Ewropea, Canadian Solar Manufacturing (Changshu), Inc., Canadian Solar Manufacturing (Luoyang), Inc., Csi Cells Co. Ltd, Csi Solar Power (China), Inc. u China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 142, 12.5.2014.