30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2016 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-764/14) (1)

([“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Assistenza teknika, tal-iżvilupp u l-implementazzjoni ta’ sistema ta’ tranżitu doganali tal-ANASE (ACTS) - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Kriterji ta’ għażla - Kriterji ta’ għoti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Trasparenza”])

(2017/C 030/46)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: inizjalment minn M. Sfyri u I. Ampazis, avukati, sussegwentement minn M. Sfyri)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn S. Bartelt u A. Marcoulli, sussegwentement minn S. Bartelt u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Settembru 2014 li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti limitata EuropeAid/135040/C/SER/MULTI, li tirrigwarda l-iżvilupp ta’ sistema pilota awtomattizzata ta’ ġestjoni tat-tranżitu doganali tal-ANASE (ASEAN Customs Transit System) u li tagħti dan il-kuntratt lil offerent ieħor.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

European Dynamics Luxembourg SA u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 26, 26.1.2015.